Dolly, il-kelba tal-Iskola

L-istilla l-ġdida tal-iskola tagħna, il-kelba Dolly, aċċettat li tirrispondi għall-mistoqsijiet tagħna f‘intervista esklussiva.

X’jismek u kemm għandek żmien?
Jisimni Dolly u għandi tmien snin.

Għandek ħutek?
Ma nafx għax Diane u Noel kienu sabuni abbandunata. 

Xi tħobb tiekol?
Tiġieġ!

X’ma tħobbx tiekol?
Ċikkulata għax mhux tajba għalina l-klieb.

Biex tħobb tilgħab?
Bil-ballun.

Xi tħobb tagħmel?
Inħobb immur l-iskola għax inħobb nilgħab mat-tfal.  Tgħidx kemm nieħu gost!  Qabel kont noqgħod waħdi d-dar sakemm Noel u Diane jiġu mix-xogħol.  Issa vera qiegħda nieħu buzz l-iskola.  It-tfal vera nħobbhom għax ħelwin u twajbin.  U vera nħobb nitfissed!

Xi jdejqek?
Is-segretarja, Ms Roberta. Wisq fitta!

X’messaġġ tixtieq twassal lit-tfal?
Nixtieq inwassal messaġġ kemm lit-tfal u anke lill-kbar!! Tabbandunawx l-annimali! Taħqruniex! Aħna nħossu u nweġġgħu bħalkom! Kellkom bżonn tħobbuna daqs kemm inħobbukom aħna.