Dinja Waħda – Jannar 2018

Tul dan il-proġett, wieħed mill-għanijiet tagħna l-għalliema involuti hu li minbarra li nrawmu aktar valuri lejn l-ambjent ta’ madwarna u l-importanza tan-natura f’ħajjitna, ngħallmu wkoll il-materjal u l-kontenut li fuqhom jiġu assessjati matul is-sena. Għaldaqstant, kif jidher fl-istampi, il-lezzjoni tal-Grammatika saret kemxejn differenti mis-soltu. L-istudenti kienu maqsuma f’żewġ gruppi u kull grupp kellu jfittex għaxar sentenzi li huma biss tal-grupp tiegħu (permezz ta’ “treasure hunt”). Wara, kellhom jiffukaw fuq iż-żewġ tipi ewlenin tal-verbi fil-Malti – il-verb Sħiħ u Dgħajjef. It-tagħlim, minbarra li sar f’ambjent aktar miftuħ u naturali, tqanqal mill-osservazzjonijiet tagħhom stess.

Is-Sa. M. Vella