Cooking Sessions

 

images HALLOWEEN FIL-LEARNING ZONE

Kull ma jmur, anki f’pajjiżna, il-festa ta’ Halloween qed iżżid il-popolarita. Fi tmiem ix-xahar t’Ottubru, lejliet il-Festa tal-Qaddisin, saret drawwa li fit-toroq tagħna tara gruppi ta’ tfal (xi drabi akkumpanjati mill-ġenituri) u ta’ żgħażagħ lebsin ta’ sħaħar, skeletri jew b’xi maskra kerha fuq wiċċhom. Dawn tarahom iħabbtu bieb bieb u ħafna drabi jingħataw il-ħelu. Għaldaqstant, aħna wkoll iċċelebrajna din il-festa maħbuba minn ħafna studenti.  Bl-għajnuna ta’ Ms. Angie Mercieca, għalliema tax-Xjenza fl-iskola tagħna, magħrufa wkoll għat-tisjir kreattiv li kapaċi toħloq, grupp ta’ studenti ppreparaw ‘ghost bananas’・, ‘spider and owl muffins’ L-istudenti ħadu pjaċir jippreparaw dan il-ħelu.  Il-prodott finali ħaduh id-dar maghħom sabiex il-familjari tagħhom ikunu jisgħtu japprezzawh. U aħna……ħadna pjaċir narawhom jamgħluhom, tant li meta morna lura d-dar, għamilnihom aħna wkoll ghall-għeżież tagħna!! =)

DSCF6086       DSCF6097      DSCF6113