Żjara fil-Palazz tal-Inkwiżitur — 7/2/2022

L-istudenti tal-klassi 8.1 kienu involuti fil-ħarġa li ġġib l-isem ‘Il-Malti fl-Istorja’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur tal-Birgu. Permezz ta’ dil-ħarġa edukattiva, l-istudenti kellhom l-opportunità jifhmu kif kienet Malta fi żmien l-Inkwiżizzjoni, jaraw wirjiet marbuta mat-tradizzjonijiet Maltin, jaraw iċ-ċelel u l-għodda li kienet tintuża għat-tortura, kif ukoll jidħlu fit-tribunal u jirreċtaw sitwazzjoni li ħejjew…

Continue reading

Fieldwork tax-xjenza għall-istudenti tat-8 Sena / Year 8 science fieldwork

Erba’ klassijiet mit-Tmien Sena dalgħodu sfidaw l-elementi u għamlu ‘fieldwork’ fi Clapham Junction u fil-Buskett. Fl-ewwel sit, l-istudenti stħarrġu l-karatteristiċi tax-xagħri, u nvestigaw kif il-pjanti adattaw ruħhom għal dan l-ambjent tipikament Malti. Minħabba n-nuqqas ta’ ħamrija fonda u n-natura esposta tax-xagħri, il-pjanti huma baxxi u għandhom weraq żgħar biex inaqqsu…

Continue reading

Attivita’ tal-eTwinning

Nhar it-Tnejn 11 ta’ Marzu, l-istudenti tal-klassi 106 flimkien mal-għalliema tat-Taljan tagħhom Mrs Graziella Brincat u l-LSA, ħadu sehem f’attività ta’ eTwinning flimkien ma’ studenti tal-ewwel sena mill-iskola fil-Kulleġġ San Injazju fil-Ħandaq. Hemmhekk huma kellhom l-opportunità li jsajru u jippreparaw pizza taħt l-istruzzjonijiet tal-pizzar Davide Firrincieli. Huwa urihom kif għandhom…

Continue reading

Ħarġa PBS

Nhar it-30 ta’ Mejju bħala parti mil-lezzjoni tal-Personal and Social Development (PSD) numru ta’ studenti tal-ewwel sena kellhom l-opportunità jagħmlu żjara edukattiva l-PBS Creativity Hub fi Gwardamangia. Din il-ħarġa ġiet organizzata mill-għalliema tal-PSD Ms. Fabri u Ms. Giordimania. Meta l-istudenti waslu l-PBS Creativity Hub laqgħathom Ms Ruth Amaira li tathom…

Continue reading