Kantera jdoqqu fl-iskola tagħna // Kantera play at our school

Tlieta mill-membri ta’ Kantera ħadu sehem f’attività edukattiva u kross-kurrikulari organizzata mid-dipartimenti tal-Malti, Arti, Mużika u Drama tal-Iskola Medja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Ittieħed spunt mil-lirika ta’ żewġ kanzunetti ta’ Kantera, Tkun ‘l Hawn Għaddi u L-Ewwel Jien, biex dawn l-idjomi u l-qwiel jitwasslu b’mod interessanti lill-istudenti, u wara l-membri…

Continue reading

Żjara fil-Palazz tal-Inkwiżitur — 7/2/2022

L-istudenti tal-klassi 8.1 kienu involuti fil-ħarġa li ġġib l-isem ‘Il-Malti fl-Istorja’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur tal-Birgu. Permezz ta’ dil-ħarġa edukattiva, l-istudenti kellhom l-opportunità jifhmu kif kienet Malta fi żmien l-Inkwiżizzjoni, jaraw wirjiet marbuta mat-tradizzjonijiet Maltin, jaraw iċ-ċelel u l-għodda li kienet tintuża għat-tortura, kif ukoll jidħlu fit-tribunal u jirreċtaw sitwazzjoni li ħejjew…

Continue reading

Fieldwork tax-xjenza għall-istudenti tat-8 Sena / Year 8 science fieldwork

Erba’ klassijiet mit-Tmien Sena dalgħodu sfidaw l-elementi u għamlu ‘fieldwork’ fi Clapham Junction u fil-Buskett. Fl-ewwel sit, l-istudenti stħarrġu l-karatteristiċi tax-xagħri, u nvestigaw kif il-pjanti adattaw ruħhom għal dan l-ambjent tipikament Malti. Minħabba n-nuqqas ta’ ħamrija fonda u n-natura esposta tax-xagħri, il-pjanti huma baxxi u għandhom weraq żgħar biex inaqqsu…

Continue reading