Boat Workshop

Recently Class Year 7.11 left school with their Maths teacher and their LSEs to Kalkara. But why? Once there our students entered a boat workshop for a Maths activity related to Boat Making. Our students listened attentively to Mr Andrea Delceppo, from Andrea’s boat building and repairs, a professional boat builder, asked him questions and afterwards started their Maths activity. Everyone was involved and the results were amazing. Once ready from this Maths activity, the whole group left the workshop to the Kalkara Playing Field and had a small picnic. The picnic items were bought online while together in class: students calculated and spent accordingly to the given sum. Finally, the students had some playtime too! A special thanks goes to Mr Delceppo! Great group effort! Well done!

Ftit tal-ġranet ilu l-Klassi 7.11 ħallew l-iskola mal-għalliema tal-Matematika u mal-LSEs tagħhom u rħewlha lejn il-Kalkara. Imma tgħid għaliex hux?! Kif waslu hemm l-istudenti tagħna daħlu ġo maħżen tad-dgħajjes sabiex jagħmlu attivita’ marbuta mal-Matematika. L-istudenti semgħu b’attenzjoni kbira lis-Sur Andrea Delceppo minn Andrea’s boat building and repairs, espert fil-bini tad-dgħajjes, staqsewh bosta mistoqsijiet u eżatt wara bdew l-attivita’. Kulħadd kien involut u r-riżultati kienu mill-aqwa. Kif l-attivita’ kienet lesta, il-grupp kollu ħalla l-maħżen, mexa lejn il-‘Playing Field’ tal-Kalkara u għamel piknik ċkejken. L-affarijiet għall-piknik ġew mixtrija onlajn meta kienu kollha fil-klassi. L-istudenti kkalkulaw u nefqu skont l-ammont ta’ flus li kellhom. Fl-aħħarnett l-istudenti kellhom ukoll ċans jilagħbu ftit ukoll! Grazzi kbira tmur għas-Sur Delceppo! Kienet biċċa xogħol ta’ veru magħmula minn tim! Prosit ta’ vera!