Attivitajiet tal-Milied fl-Iskola

Ta’ kull sena l-isudenti jkunu qed jistennew bi ħġarhom iż-żmien sabiħ li jwassal għall-Milied. Huwa proprju dan iż-żmien li l-iskola tkun tbaqbaq bil-ħajja. Jsiru ħafna attivitajiet. Issir quddiesa għall-istudenti kollha. Jibdew it-tħejjijiet għall-kunċert tat-tfal. Dan il-kunċert li jittella’ ġewwa s-sala tal-iskola jkun mistenni mill-istudenti kollha. Fih l-isudenti juri t-talenti tagħhom fejn jidħol kant, reċtar u żfin. Anke LSAs jagħtu sehemhom flimkien mal-istudenti. Huma attivitajiet bħal dawn li jgħaqqduna kollha kemm aħna. Għalaqna l-attivatijiet b’party kbir fis-sala, fejn ilkoll żfinna u kantajna flimkien.

 

 

Is-Sa. D. Dimech