Attivita’ tal-Scouts

Nhar il-Ħamis 2 u l-Ġimgħa 3 ta’ Mejju kellna żewġ attivitajiet organizzati mill-iskola b’kollaborazzjoni ma’ Scouts Outdoors li kienu veru pjaċevoli għal dawk l-istudenti li matul din is-sena wrew imġiba tajba. Fl-ewwel ġurnata tlaqna bil-private lejn Għajn Tuffieħa u għamilna trekking u hawn stajna nosservaw in-natura u l-veduti tal-ġenn tal-baħar.

 

Wara l-mixja ħadna brejk u minħabba li kien sar il-ħin biex insajru, kulħadd xammar il-kmiem biex jaħdem. Is-Sur Aldo Sciberras minn Scouts Malta beda jgħinna nqabbdu n-nar għall-BBQ, filwaqt li tfal oħra marru jippreparaw l-ikel li konna ser nixwu. L-ikel kien tassew bnin u nista’ ngħid li kienet esperjenza mill-aqwa. L-għada erġajna rħejnielha lejn Għajn Tuffieħa u ħadna triq oħra għall-trekking differenti. Għaddejna naraw il-mużew li hemm fil-Park tal-Majjistral u kien hemm bosta waqtiet li ħadna brejk fihom. Is-Sur Sciberras kien magħna l-ħin kollu biex jispjegalna d-diversi affarijiet li forsi kienu l-ewwel darba li konna qed naraw.

Kienu jumejn tal-ġenn u nħeġġeġ lil kulħadd biex japprezza dawn il-ħarġiet edukattivi li la nikbru jkunu memorji sbieħ għal ħajjitna.

Shalisha Schembri
Klassi 203