Nhar it-Tnejn 11 ta’ Marzu, l-istudenti tal-klassi 106 flimkien mal-għalliema tat-Taljan tagħhom Mrs Graziella Brincat u l-LSA, ħadu sehem f’attività ta’ eTwinning flimkien ma’ studenti tal-ewwel sena mill-iskola fil-Kulleġġ San Injazju fil-Ħandaq. Hemmhekk huma kellhom l-opportunità li jsajru u jippreparaw pizza taħt l-istruzzjonijiet tal-pizzar Davide Firrincieli. Huwa urihom kif għandhom jippreparaw l-għaġina tal-pizza u kif ukoll kif inhu l-aħjar mod ta’ kif wieħed isajjarha. L-istudenti kellhom l-opportunita’ li jisimgħu l-ispjegazzjoni kollha bit-Taljan u kif ukoll li jsaqsu mistoqsijiet bit-Taljan. Din l-attività serviet ukoll ta’ lezzjoni tal-kultura Taljana fejn l-istudenti assistew għat-tisjir tipiku Taljan. Matul din is-sena l-istudenti ħadmu bis-sħih fil-proġett nazzjonali “Pedalando-il giro d’Italia tra le regioni italiane”. F’dan il-proġett l-istudenti kellhom l-opportunità li flimkien mal-partners tagħhom mill-iskola tal-Ħandaq jagħtu ħarsa lejn reġjuni Taljani fejn skoprew postijiet interessanti, ikel tipiku tar-reġjun, persuni sportivi u artisti famużi. Huma setgħu ukoll jużaw il-forum fejn kitbu bit-Taljan dwar il-bliet tagħhom u l-passatempi. Din l-attività intemmet b’togħma tajba tal-kejk li tħejja għall-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twelid ta’ eTwinning. Attività bħal din żgur serviet biex tħajjar lill-istudenti iħobbu l-lingwa Taljana.
Il-Ħajku ta’ Oliver Friggieri
[metaslider id=”17268″]
View posts by category
View posts by date
November 2024 M T W T F S S 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 -
Recent Posts
Archives