A Ray of Sunshine

Fuq inizjattiva tat-tuturi tal-imġiba u tal-għalliema tal-Learning Zone, inġabret is-somma sabiħa ta’ €200 mingħand l-istudenti u l-istaff bil-għan li jinxtraw logħob u ġugarelli għat-tfal fis-swali tal-isptar ħalli dawn ikollhom mezz kif jgħaddu l-ħin b’mod li jista’ jkun ukoll edukattiv. L-ESL Gross Market, il-ħanut li mingħandu xtrajna dawn il-prodotti, meta ra l-ġenerożità tal-istudenti tagħna, offra €66 oħra biex inkunu nistgħu nixtru iktar logħob. Fl-aħħar kien jonqos biss li wħud mill-istudenti tagħna jżidu messaġġi ta’ sostenn ġewwa kull kaxxa. Prosit lil kull min ħa sehem!

Is-Sa C. Seguna
Assistenta Kap