Ċentru Tbexbix

Fil- 5 ta’ Mejju, 2017, l-istudenti tal-klassijiet 108 u 109 kellhom ħarġa interessanti ferm. Flimkien mal-LSAs tal-klassijiet tagħhom u l-għalliema, is-Sa. L. Farrugia u s-Sa. R. Frendo, żorna Ċentru Tbexbix li jinsab f’Bormla.

L-istudenti ħadu sehem fi programm msejjaħ ‘Yoga Shoots’. Programm li joffri sessjoni ta’ yoga għat-tfal, b’eżerċizzi addatti u taħriġ dwar kif wieħed għandu jikkonċentra.

Centru Tbexbix

Attività oħra fil-programm kienet dik iddedikata għall-kreattività.  Mgħejjuna mil-LSAs u l-voluntiera tac-ċentru, It-tfal żebgħu b’kuluri vibranti kelma pożittiva li kienu huma stess li għażlu. L-atmosfera kienet rilassanti u trankwilla u l-istudenti dehru kuntenti  jaħdmu fuq l-ideat li huma kienu ħarġu bihom. Il-krafts li għamlu setgħu wkoll jeħduhom d-dar magħhom u ladarba kien qed toqrob il-festa ta’ Jum l-Omm, ħafna kienu dawk li xtaqu jtuh bħala rigal fl-okkażjoni ta’ din il-festa.

Centru Tbexbix

It-tielet parti tal-programm kienet dwar kulturi differenti fejn kellhom l-opportunità jiltqgħu ma’ żagħżugħa Olandiża li hi voluntiera tal-Erasmus+. Wara l-preżentazzjoni li għamlitilhom dwar pajjiżha, it-tfal ħadu pjaċir isaqsuha numru ta’ mistoqsijiet, fosthom dwar drawwiet, ikel u festi tal-pajjiż tagħha.

Centru Tbexbix

Bejn attività u oħra, l-istudenti lagħbu, kantaw, żifnu u daqqew il-kitarra. Kienu offruti wkoll snacks nutrittivi u kienet xi ħaġa sabiħa tarahom iduqu ikel li forsi ma kinux issoltu jitħajru għalih.

Centru Tbexbix

Centru Tbexbix

Kienet opportunità sabiħa biex l-istudenti tagħna jagħmlu esperjenzi ġodda, jitgħallmu aħjar kif għandhom jaħdmu fi grupp, jiżviluppaw il-kreattività tagħhom waqt li jagħrfu s-sabiħ  tad-diversità.

Centru Tbexbix Centru Tbexbix Centru Tbexbix Centru Tbexbix

Grazzi lill-volontiera ta’ Ċentru Tbexbix, l-għalliema u LSAs li pparteċipaw f’din l-inizjattiva u b’mod partikolari lill-istudenti tagħna li pparteċipaw u apprezzaw. Proset tassew!

Min hu interessat jikseb iktar informazzjoni dwar x’joffri Ċentru Tbexbix, morru fil-websajt www.tbexbix.org

Is-Sa. E. Cezek
Assistenta Kap tal-Iskola