Ilwien il-Milied

Nhar id-9 ta’ Diċembru l-Promoturi tal-Qari fl-iskola tagħna ser itellgħu l-attività li ġġib l-isem “Ilwien il-Milied”. L-istudenti u l-istaff kollu huma mħeġġa biex jilbsu xi ħaġa relatata mal-Milied bħal ġersi/kappell/xalla u jagħtu donazzjoni ta’ ewro. Il-flus miġbura se jmorru b’risq il-proġett marbut mar-rokna tal-qari sabiex noħolqu iżjed spazji fl-iskola li jħajru l-qari! Grazzi tal-kollaborazzjoni tagħkom!