Fiera tal-ktieb

Il-librara tal-iskola organizzaw harga ghal erba’ klassijiet differenti bil-ghajnuna ta’ xi ghalliema. Fit-tnax ta’ Novembru marru ghal-‘Fiera tal-Ktieb’ li kienet qed issir f’ Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.

Wara din il-harga, xi studenti kitbu rakkont qasir dwar l-esperjenza taghhom.

boy_reading  Tneder Mifsud (1.1)

Nhar l-Erbgha 12 ta’ Novembru l-klassijiet tal-Forms 1.1, 1.2 1.3 attendejna ghall-“Fiera tal-Ktieb” mal-ghalliema tal-Malti, tal-Franciz u l-librara. Il-fiera ttellghet ‘Dar il-Mediterran’ il-Belt Valletta.

Kif wasalna spjegawlna kif se tkun imqassma l-attivita’. Tawna wkoll vawcer biex insarrfuh f’kotba. Issahhart nara hafna esebituri u eluf ta’ kotba ta’ kull tip. Naturalment ma nqastx li nixtri xi zewg kotba. Filfatt diga lestejt naqra l-ktieb ta’ avventura li xtrajt. Dan jismu ‘Scream Street’.

Parti mill-attivita’ kienet tikkonsisti f’recta qasira. Ahna l-istudenti nghatajna l-opportunita’ li niktbu l-istorja tal-ktieb ahna. Tiskanta kif hrigna storja interessanti f’ qasir zmien. Indunajt li wara kollox kulhadd kapaci johloq plott ta’ storja.

Wara r-recta kellna wkoll  ‘Treasure Hunt’. Din kienet xi ftit impenjattiva zzejjed ghax kellna nimlew madwar tlettax-il pagna ta’ informazzjoni. Minkejja kollox xorta kienet attivita’ li fiha nhossni li skoprejt awturi ohra filwaqt li niehu gost ma’ shabi.

Din l-esperjenza tal-‘Fiera tal-Ktieb’ hija wahda li nhoss li geghlitni ninteressa ruhi aktar fil-qari.

 

Nicole Edwards (1.2)

 Nhar l-Erbgha tnax ta’ Novembru l-ghalliema tal-Malti, tal-Franciz u l-librara haduna l-‘Fiera tal-ktieb’ li ttellghet ‘Dar il-Mediterran’ il-Belt Valletta.

X’hin wasalna nghatajna vawcer li jissarraf f’kotba. Kwazi ntlifna nduru l-istends tal-kotba. Wara kellna organizzati xi attivitjiet. L-ewwel attivita’ kienet dik li ahna stess niktbu l-istorja ta’ ktieb. Ahna kellna zewg damem li ridna nwaddbu sabiex inkunu nistghu naghzlu l-post u l-personagg ghall-istorja. L-istorja li hloqna kienet tinvolvi kelb u aljen. Tiskanta kif fi ftit hin irnexxielna noholqu storja. Anke’ jiena kelli l-opportunita’ nzid bicca mill-istorja. Qalulna wkoll li hemm il-hsieb li jippubblikaw l-istorja li hloqna.

Wara l-attivitajiet komplejna nduru d-diversi stends ta’ kotba li kien hemm. Rajna kotba ta’ kull xorta. Jien li nhobb il-qari hassejtni mitlufa f’ xalata. Lura l-iskola komplejna nitkellmu fuq din il-harga tant edukattiva li kellna.